Description
Il-kotba ‘Praspar mill-Klinika’ u ‘Ċajt mis-Sagristija’ issa reġgħu jinsabu għall-bejgħ u għalhekk tista’ takkwista’ s-sett sħiħ, inkluż l-aktar ktieb riċenti ‘Xenati minn fuq il-Palk, Ċajt ta’ wara l-Kwinti’ li ġie ppubblikat f’Novembru 2020. Dan il-ktieb, miġbur minn Ron Briffa jiġbor fih avventuri, praspar u ċajt li ġraw lil atturi veterani u oħrajn friski.
F’dawn it-8 kotba, personalitajiet minn oqsma differenti fosthom is-saħħa, il-politika, il-palk, it-teatru, ir-radju u t-TV, sportivi, reliġjużi, avukati u oħrajn jirrakkuntaw praspar u avventuri umoristiċi li kienu involuti fihom, għamlu huma jew kienu vittmi tagħhom. Kollha ġraw veri u kollha jnisslulek tbissima.
F’dawn il-kotba ssib illustrazzjonijiet, magħmula minn Mark Schembri, ta’ diversi personalitajiet li inti taf sew.
Xenati u minn fuq il-Palk, Ċajt minn wara l-Kwinti
Ċajt mis-Sagristija u Bawxati oħra
Ċajt ta’ Klassi u Battuti oħra
Żelqiet Sportivi u Ċajt Ieħor
Ġustizzja bi Tbissima, Stejjer Umoristiċi
Praspar mill-Klinika, Doża ta’ Daħq
Iċ-Ċirasa, Praspar u Avventuri
Nidħqu Bina Nfusna, Politika bi Tbissima
Reviews
There are no reviews yet.